homepage
  • Contact us
  • Merchandise
  • Members
  • The Club
  • Gallery
  • Home
First Team
Team
Technical Team
Fixtures
League Table
Match Reports
Youth Team
Futsal Team
Nursery Teams
Interviews
News
Forum

Next Match

 

Last match

 

 

Support your team

 

 

______________________________

 

 

Match Reports

 



 

Season 2011/12 - Second Round versus Dingli

Season 2011/12 - Second Round versus Dingli

Dingli Swallows zammew posthom fil-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni meta ghelbu lil Birzebbuga St. Peter’s fil-waqt li fil-loghba l-ohra li ntlaghbet fl-istess hin, St. Patrick ma rnexxilhomx jeghlbu lil Lija biex b’hekk kienu z-Zabbarin li flimkien ma’ St. George’s gew relegati ghat-Tieni Divizjoni. Il-loghba kienet bla storja b’Dingli jinzlu determinati li jiksbu l-punti li ghalihom kienu jfissru hajja jew mewt. Huma ddominaw fejn kien biss il-goalkeeper ta’ Birzebbuga Ivan Casha li cahhadhom minn rebha ferm ikbar.

more details »


 

Season 2011/12 - Second Round versus Rabat

Season 2011/12 - Second Round versus Rabat

Zewg goals skurjati fl-ahhar sitt minuti tal-partita taw tliet punti u l-promozzjoni ghall-kampjonat Premier wara hdax-il sena lil Rabat Ajax. Permezz ta’ din ir-rebha difficli fuq Birzebbuga, Rabat telghu fil-quccata tal-klassifika b’vantagg ta’ seba’ punti fuq it-tielet tim, Pieta H., li issa ma jistghux jilhquhom meta fadal zewg loghbiet biss ghall-tmiem l-istagun.

more details »


 

Season 2011/12 - Second Round versus Vittoriosa

Season 2011/12 - Second Round versus Vittoriosa

B’wirja mill-aqwa, Vittoriosa Stars gabu fix-xejn lil Birzebbuga St. Peter’s f’loghba minghajr storja li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem. Ir-rizultat jaghti stampa cara ta’ dak li sehh f’din il-partita fejn Vittoriosa kienu ghal kollox superjuri. Marcelo Pereira rega’ kellu loghba ohra kbira u minbarra li skorja doppjetta kien strumentali tista’ tghid fl-azzjonijiet kollha perikoluzi tal-Girbin. Minghajr dubju, dan it-team kellu potenzjal kbir anki biex jissielet ghall-promozzjoni, izda l-bidu dizastruz cahhdu mill-possibilita’ li jirritorna fil-Premier. Ghal Birzebbuga rizultat u prestazzjoni fjakka, anki jekk ir-rizultat u l-wirja mhux se jhassru stagun ferm pozittiv ghalihom, fejn zammew posthom fl-ewwel esperjenza taghhom f’din il-kategorija.

more details »


 

Season 2011/12 - Second Round versus Naxxar

Season 2011/12 - Second Round versus Naxxar

Naxxar komplew jitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika wara li għelbu lil Birzebbuga f’partita li huma kienu l-aħjar tim għall-ħinijiet twal. B’din ir-rebha Naxxar serrhu rashom li stagun iehor se jergghu jilghabu fl-Ewwel Divizjoni filwaqt li Birzebbuga jehtiegilhom almenu punt iehor biex anki huma jaghmlu cert mis-salvazzjoni.

more details »


 
  1 2 3 4 5 6 Next »

 

 


  • sitemap | Grafika Design © 2011