homepage
  • Contact us
  • Merchandise
  • Members
  • The Club
  • Gallery
  • Home
First Team
Youth Team
Futsal Team
Nursery Teams
Interviews
News
Forum

Next Match

 

Last match

 

 

Support your team

 

 

______________________________

 

 

Tony Azzoppardi

 

Tony Azzopardi huwa s-segretarju tal-klabb. Ilu jokkupa dil-kariga mil-1999, wara li kien dahal membru fl-1997. Ghandu 44 sena u hu guvni. Tony ghandu huh Alex li huwa wkoll il-kaxxier tal-ghaqda tar-regatta gewwa Birzebbuga.

 

L-ikel favorit ta' Tony huwa l-hut u l-ikel ciniz. Bhala passatempi ohra ghandu l-qari fejn ukoll huwa l-editur u l-fundatur tar-rivista tal-klabb. It-team malti li huwa jissaportja huwa Birzebbuga SP u bhala dak barrani huwa it-team taljan ta' Juventus. Bhala players favoriti fil-prezent ma ghandu lil hadd mentri dak tal-passat huwa Michel Platini.

 

Bhala partiti li ma jinsa qatt huma dak il-partiti kollha li rebbhu lill-klabb xi unur mentri dik li jixtieq jinsa malajr hija kontra Ghaxaq li nlabghet fl-istagun kurrenti (2009-2010) li kienet il-partita tan-knock out.

 

Tony jhossu kburi li kien jifforma parti mil-kumitat meta Birzebbuga St Peter's saru darbtejn champions tat-Tielet Divizjoni fl-1997 / 97 u fl-2005/06.

 

Bhala differenza li jara bejn Birzebbuga St Peter's tal-imghoddi u dak tal-llum hija li bhala amministrazzjoni, organizzazjoni u rizultati m'hemmx paragun mal-passat, pero jaghti mertu lil dawk kollha li bit-tajjeb u l-hazin mexxew lill-Club, f'xi waqtiet anki fost problemi u diffikultajiet kbar matul is-snin.

 

Bhal improvements li jixtieq jara fil-club huma li jixtieq jara aktar professjonalita fit-tmexxija, fejn jixtieq li jkun hemm amminstrattur part-time u identifikazzjoni ta' certu rwoli fl-istess tmexxija. Jixtieq ukoll li l-Club ikollu sede mghammar bl-ghodda kollha necessarja minn fejn ikun jista jopera u jiffunzjona b'mod effetiv, jigi finalment kostruwit kumpless sportiv li jinkludi ground sintetiku full-size u t-team jistabilixxi ruhu fl-Ewwel Divizjoni tal-football Malti.

 

 

«back

 

 


  • sitemap | Grafika Design © 2011