homepage
  • Contact us
  • Merchandise
  • Members
  • The Club
  • Gallery
  • Home
First Team
Team
Technical Team
Fixtures
League Table
Match Reports
Youth Team
Futsal Team
Nursery Teams
Interviews
News
Forum

Next Match

 

Last match

 

 

Support your team

 

 

______________________________

 

 

Season 2011/12 - Second Round versus St.George's

 

 

Kampjonat L-Ewwel Divizjoni 2011/2012

 

B’Buga S.P. f’pozizzjoni aktar komda

 

ST. GEORGE’S.....…….……...0

BIRZEBBUGA SP…..………….2

 
 
Birżebbuġa kisbu rebħa ferm importanti fuq St. George’s li permezz tagħha komplew jitbegħdu min-naħa t’isfel tal-klassifika. Madankollu, mhux l-istess jista’ jingħad għal St. George’s fejn issa b’din it-telfa baqgħu fil-post ta’ qabel l-aħħar, punt biss fuq it-tim tal-qiegħ, St. Patrick.
 
Birżebbuġa ħarġu determinati u aktar aggressivi mill-avversarji tagħhom fejn fl-ewwel ħinijiet tal-partita free-kick ta’ Mead Mifsud ġie salvat minn Ryan Marmara u f’azzjoni oħra Matthew Sciortino zmarka lil Ronnie Celeste iżda dan ġie antiċipat mill-goalkeeper ta’ St. George’s. Birżebbuġa komplew jinsistu u fid-19-il minuta xutt minn pożizzjoni angolata ta’ Matthew Sciortino għadda ftit barra. Erba’ minuti wara Birżebbuġa meritatament fetħu l-iskor meta Kevin Borg għadda tajjeb mal-linja, ikkrossja lejn MEAD MIFSUD li b’xutt bid-dawra ikkonkluda fix-xibka. Wara dan il-goal il-logħba naqqset xi ftit mir-ritmu tant li sa tmiem l-ewwel taqsima l-unika azzjoni denja waslet fit-38 minuta min-naħa ta’ St. George’s fejn daqqa ta’ ras ta’ Waillys de Azevedo wara free-kick ta’ Gary Inguanez ġiet salvata minghajr wisq diffikulta’ minn Ivan Casha.
 
Wara l-mistrieħ l-andament tal-partita baqa’ l-istess b’Birżebbuġa jibqghu l-ahjar tim. Fis-47 minuta huma reġgħu ħolqu azzjoni oħra perikoluza meta xutt minn qagħda tajba ta’ Ronnie Celeste għadda jhakkek mal-lasta. Bit-tim tas-St. George’s jipprova jaghmel reazzjoni, kienu Birżebbuġa li pero’ baqgħu juru l-aħjar ideat u kwarta mit-tmiem cross tas-sostitut Boycho Todorov Marev ġie interċettat minn Ryan Darmanin qabel seta’ jilħaq Ronnie Celeste. Erba’ minuti wara Birżebbuġa resqu viċin li jirduppjaw meta free-kick b’saħħtu ta’ Frantisek Schneider ħarab minn idejn Ryan Marmara iżda l-ballun spiċċa f’corner.  Madankollu, minuta minn tmiem il-partita Birżebbuġa serrħu rashom mir-rebħa u mit-tliet punti meta FRANTISEK SCHNEIDER għeleb lil Ryan Marmara direttament minn free-kick bl-istess player jiġi mkeċċi ftit tal-mumenti wara minhabba xi rimarki li ghadda lejn is-supporters avversarji. Fil-hin moghti zejjed, anki jekk bi player inqas, Birżebbuġa kkontrollaw minghajr wisq diffikulta l-ahhar sforzi Bormlizi.
 
 
ST. GEORGE’S : R. Marmara, A. Abela, D. Zahra, L. Rocha dos Santos, N. Curmi, E. Amaira ( E. Sevasta ), H. Schembri, K. Grech ( A. Mercieca ), D. Zarb, G. Inguanez, W. de Azevedo ( J. Ruiz ).
 
BIRZEBBUGA SP : I. Casha, K. Spiteri ( M. Pullicino ), K. Borg, F. Schneider, D. Baldacchino, L. Grima, G. Tanti ( P. Camilleri ), M. Gabriel, M. Mifsud, M. Sciortino ( B. Todorov Marev ), R. Celeste.
 
 
Referee – Malcolm Spiteri.
 
Minn ‘It-Torċa’, il-Hadd, 19 ta’ Frar 2012.

 

 

 

«back

 

 


  • sitemap | Grafika Design © 2011