Season 2011/12 - Second Round versus Melita
Kampjonat L-Ewwel Divizjoni 2011/2012
B’Buga S.P. kien jisthoqqilhom ahjar
MELITA …........…….………...2
BIRZEBBUGA SP…………….1
Melita telgħu waħedhom fit-tielet post tal-klassifika wara li għelbu lil Birzebbuga St. Peter’s f’loghba li ghal hafna hinijiet kienet bilancjata u akkanita. Melita marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita biex wara li rduppjaw f’nofs it-tieni taqsima raw lil Birzebbuga jnaqqsu l-iskor lejn it-tmiem u dan minkejja li dawn tal-aħħar kienu qed jilagħbu b’10 players.
Birzebbuga ħarġu ftit aħjar mill-avversarji tagħhom fejn wara ħames minuti xutt minn qagħda tajba ta’ David da Silva ġie salvat minn Matthew Sappiano. Erba’ minuti wara waslet azzjoni oħra min-naħa ta’ Birzebbuga fejn xutt mill-ewwel ta’ Mead Mifsud wara cross ta’ Mark Pullicino għadda ftit għoli. Mal-ħin Melita bdew deħlin fil-partita u fil-11-il minuta xutt minn qagħda tajba ta’ Kane Micallef wara cross ta’ Jovan Vukanac falla l-mira bi ftit. Tliet minuti wara Melita fetħu l-iskor meta NICOLO BALDACCHINO ORLAND rċieva pass fit-tul mingħand Jovan Vukanac u minkejja li b’dahru lejn il-lasta rnexxielu jikkonkludi fix-xibka b’xutt fil-baxx. Melita komplew jattakkaw u fis-27 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Julian Galea għadda ftit għoli. Wara din l-azzjoni l-partita naqqset ftit mir-ritmu fejn sa tmiem l-ewwel taqsima kienu Birzebbuga l-aktar li resqu viċin meta xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata ta’ Mark Pullicino ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Melita, Sappiano.
Wara l-mistrieħ Melita ħarġu aktar aggressivi u fit-52 minuta Nicolo Baldacchino Orland ġie f’qagħda tajba iżda dam jaħsibha u ċ-ċans intilef. Wara din l-azzjoni l-logħob żvolġa l-aktar f’nofs il-ground sakemm fis-67 minuta Melita rduppjaw meta Nicolo Baldacchino Orland ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Dennis Baldacchino, ir-referee ordna penalty li minnu MANUEL RAMON SIERRA CAMACHO ma falliex. Kwarta mit-tmiem Birzebbuga spiċċaw jilagħbu bi player anqas wara li Gabriel Martin ġie muri t-tieni karta safra mir-referee Philip Farrugia. Minkejja li kienu qed jilagħbu bi player anqas fit-82 minuta Birzebbuga naqqsu l-iskor meta David da Silva ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Manuel Ramon Sierra Camacho, ir-referee ordna penalty li minnu MATTHEW SCIORTINO ma falliex. Wara dan il-goal Melita kienu għoddhom reġgħu ħadu vantaġġ ta’ żewġ goals meta xutt ta’ Luke Micallef ġie maqlugħ minn fuq il-linja minn Dennis Baldacchino. Fl-ahhar sforzi taghhom Birzebbuga ma kienux ta’ theddida ghall-lasta difiza minn Matthew Sappiano.
MELITA : M. Sappiano, M. R. Sierra Camacho, G. Gribbon, M. Martin, K. Micallef ( T. Terpougoff ), N. Baldacchino Orland ( M. Borg ), J. Galea, M. Valenzia, L. Micallef, K. Vella Petroni, J. Vukanac.
BIRZEBBUGA SP : I. Casha, K. Spiteri, M. Pullicino, F. Schneider, D. Baldacchino, L. Grima, M. Gabriel, M. Mifsud, K. Borg, D. da Silva, K. Muscat ( M. Sciortino ).
Referee – Philip Farrugia.
Minn ‘It-Torca’, il-Hadd, 5 ta’ Frar 2012.
«back



.gif)

