homepage
  • Contact us
  • Merchandise
  • Members
  • The Club
  • Gallery
  • Home
First Team
Team
Technical Team
Fixtures
League Table
Match Reports
Youth Team
Futsal Team
Nursery Teams
Interviews
News
Forum

Next Match

 

Last match

 

 

Support your team

 

 

______________________________

 

 

Season 2011/12 - First Round versus Dingli Swallows

 

 

 

Kampjonat L-Ewwel Divizjoni 2011/2012

 

Doppjetta ta’ Porcari tikkundanna lil B’Buga S.P.

 

BIRZEBBUGA SP…………….1

DINGLI S..........…….…………2

 

Dingli kisbu rebħa importanti fuq Birzebbuga li permezz tagħha telgħu fil-ħames post tal-klassifika u saħansitra qabżu lill-istess Birzebbuga. Dingli kienu l-aħjar tim matul l-ewwel taqsima u meritatament daħlu jistrieħu b’goal vantaġġ filwaqt li wara l-mistrieħ il-logħba kienet aktar bilanċjata biż-żewġ timijiet itemmu l-logħba b’10 players kull wieħed wara tkeċċija fuq kull naħa kwarta mit-tmiem.

 

Dingli ħolqu l-ewwel azzjoni denja tal-partita fit-12-il minuta meta xutt minn pożizzjoni angolata ta’ Kurt Pace ħabat max-xibka minn barra. Dingli bdew igawdu iktar mill-pussess tal-ballun u fil-25 minuta xutt mill-bogħod ta’ Kurt Formosa ġie salvat minn Ivan Casha. Dingli komplew jinsistu u erba’ minuti wara Carlos Porcari qassam lejn Mauro Brincat, dan ikkontrolla u x-xutt tiegħu għadda ftit barra. Fil-35 minuta kienu Birzebbuga li resqu viċin meta Basil Emeka Onuta qassam lejn Matthew Sciortino u x-xutt ta’ dan ġie mblukkat minn Francis Owusu. Fit-42 minuta Dingli kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta free-kick ta’ Carlos Parcori stampa mal-wieqfa. Madankollu tliet minuti wara Dingli marru fil-vantaġġ meta CARLOS PORCARI għeleb lil Ivan Casha wara pass ta’ Kurt Formosa.

 

Fit-tieni taqsima l-logħba saret aktar bilanċjata u fit-62 minuta Birzebbuga għamlu l-iskor indaqs meta xutt mill-bogħod ta’ MEAD MIFSUD ġie salvat minn Farrugia bl-għajnuna tal-lasta, il-ballun niżel lura fil-ground u r-referee fuq sinjal tal-assistent tiegħu Andrew J. Sammut ikkonvalida l-goal fost il-protesti tal-players ta’ Dingli. Birzebbuga ma tantx damu jgawdu dan ir-riżultat għax tliet minuti wara Dingli reġgħu marru fil-vantaġġ meta CARLOS PORCARI għeleb lil Ivan Casha b’xutt fil-baxx wara pass ta’ Kurt Formosa. Fl-74 minuta ż-żewġ timjiet spiċċaw jilagħbu bi player anqas wara li Ronnie Celeste ta’ Birzebbuga u Roderick Briffa ta’ Dingli Swallows ġew murija l-karta l-ħamra mir-referee Marco Borg wara battibekk li kellhom bejniethom. Sat-tmiem, minkejja l-isforzi taż-żewġ naħat biex isibu t-triq għax-xibka avversarja, l-iskor baqa’ ma nbidilx.

 

 

BIRZEBBUGA SP : I. Casha, K. Borg, M. Pullicino, F. Schneider, D. Baldacchino, G. Tanti, M. Mifsud, D. Milovic ( L. Grima ), B. Onuta ( P. Camilleri ), R. Celeste, M. Sciortino ( B. Todorov Marev ).

 

DINGLI S : J. Farrugia, F. Owusu, K. Pace, A. Portelli, L. Konda, M. Brincat ( C. Azzopardi ), K. Formosa, E. Farrugia ( P. Ciantar ), C. Porcari, R. Vella ( J. Sapiano ), R. Briffa.

 

 

Referee – Marco Borg.

 

Minn ‘l-Orizzont’, it-Tnejn, 16 ta’ Jannar 2012.

 

 

«back

 

 


  • sitemap | Grafika Design © 2011