homepage
  • Contact us
  • Interviews
  • Merchandise
  • Members
  • Gallery
  • The Club
  • News
  • Home
First Team
Youth Team
Match Reports
Archives

Next Match

 

 

Last match

 

 

Support your team

 

 

 

Season 2013-14 - Zejtun Corinthians Second Round - First Division

 

B’Buġa S.P. kważi salvi

 

ŻEJTUN C..................…….…..0

BIRŻEBBUĠA SP…………..….2

 

 

Il-kriżi ta’ Żejtun kompliet tikber hekk kif it-tim immexxi minn Michael Molzahn sofra telfa oħra, din id-darba kontra Birżebbuġa. Minkejja li Żejtun urew xi titjib fuq l-aħħar prestazzjonijiet tagħhom, huma xorta spiċċaw fuq in-naħa telliefa u issa l-pożizzjoni tagħhom qed issir aktar iddisprata. Minn naħa tagħhom, Birżebbuġa St. Peter’s kisbu tliet punti prezzjużi li jixħtuhom f’pożizzjoni aktar komda fil-klassifika fejn issa komplew kabbru d-distakk mill-aħħar tliet timijiet.

 

Birżebbuġa mill-ewwel urew x’kienu se jkunu l-intenzjonijiet tagħhom għax wara biss żewġ minuti marru qrib b’daqqa ta’ ras ta’ Ronnie Celeste wara cross ta’ Claudio Calleja, tentattiv li ġie mdawwar għal corner minn Aga. Sitt minuti wara Żejtun wieġbu b’azzjoni personali ta’ Carabott bix-xutt tiegħu jispiċċa ftit barra. Wara din l-azzjoni u sat-tmiem l-ewwel taqsima l-logħob żvolġa f’nofs il-ground biż-żewġ goalkeepers rari mpenjati. L-aħjar ċans tal-ewwel taqsima wasal għand Żejtun fejn Cekulajevs falla ċans tad-deheb meta xeħet barra bir-ras mill-viċin cross ta’ Kenneth Abela. Il-Corinthians ta’ dan pattew qares għaliex minuta wara Paolo Cataldi ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Andre’ Farrugia u mill-11-il metru CLAUDIO CALLEJA xeħet fix-xibka .

 

Wara l-mistrieħ l-andament tal-partita baqa’ l-istess u kienu verament ftit l-azzjonijiet ta’ skor. F’azzjoni iżolata Birżebbuġa aċċertaw mir-rebħa fit-58 minuta meta minn corner ta’ Giacomo Favero kien hemm taħwida quddiem Aga biex finalment kien MARTIN HRUBSA li kompla l-ballun għal ġewwa wara li l-goalkeeper Żejtuni laqa’ iżda ma żammx tentattiv ta’ Cataldi. Żejtun naqqsu li jagħmlu reazzjoni tant li lejn it-tmiem kienu Birżebbuġa li resqu viċin meta xutt fil-baxx ta’ Ryan Zammit għadda ftit barra.

 

 

ŻEJTUN C : E. Aga ( R. Debattista ), A. Farrugia ( E. Vella ), R. Previ, C. Magro, P. Mirceta, R. Farrugia, J. Galea ( G. Delia ), J. Spiteri, K. Abela, A. Carabott, A. Cekulajevs.

 

BIRŻEBBUĠA SP : C. Cassar, R. Zammit, P. Grima, P. Camilleri, D. Baldacchino, M. Hrubsa, G. Favero ( D. Grech ), F. Peplow, R. Celeste ( G. Goodlip ), C. Calleja, P. Cataldi ( G. Caruana ).

 

 

Referee – Andre’ Arciola.

 

Minn ‘In-Nazzjon’, it-Tnejn, 24 ta’ Marzu 2014.

 

 

 

«back

 

 


  • sitemap | Grafika Design © 2011